LyricFind Logo
LyricFind Logo
Profile image icon
Lyric cover art

Stajna Konna Aħna

Apple Music logo
Deezer logo
Spotify logo
Lyrics
Stajna konna aħna
L'għadna qed ngħoddu s-snin
Stajna konna aħna
Niddiskutu hux destin
Biss li kien, li sar
Iġibni noħlom waħdi u ngħid
Stajna konna aħna
Imma issa skadielna l-ħin
Stajna konna aħna
L'għadna l-kenn fl-inżul
Stajna konna aħna
Il-bla paċenzja f'kull dulur
Qed narak mill-bogħod
Inlissen l-istess kliem u ngħid
Stajna konna aħna
Bik mhux haw' jiena tlift kull kulur
F'dinja oħra forsi daqsxejn differenti l-kanzunetta
B'vers ftit isbaħ ħalli malli tisma' tkun aktar kuntenta
Bi kliem li ma smajtx
U b'titlu li ma jgħidx
'Stajna Konna Aħna'
Stajna konna aħna
L'għadna kuntenti t-tnejn
Stajt kont jien
Li ntbaħt li għani b'ftit li xejn
Gie l-irżieħ, il-ksieħ, il-bard
Għax issa indunajt
Spiċċajna aħna
Li flok data, illum għandna tnejn
F'dinja oħra forsi daqsxejn differenti l-kanzunetta
B'vers ftit isbaħ ħalli malli tisma' tkun aktar kuntenta
Bi kliem li ma smajtx
U b'titlu li ma jgħidx
'Stajna Konna Aħna'
Żgur m'hemmx kliem
Li jġib lura l-aħna
Għax ħsibt kull ħsieb
Inniżżel u ntella'
Bil-vojt imtlejt
Weġibt bla ma staqsejt
Ma messnix ħadt daqshekk ħin biex nikkomponi kanzunetta
Issa tard, imma għal darba qed inkanta diska onesta
Bi kliem qalb dispjaċuta, b'titlu li nirrifjuta
F'dinja oħra forsi daqsxejn differenti l-kanzunetta
B'vers ftit isbaħ ħalli malli tisma' tkun aktar kuntenta
Bi kliem li ma smajtx
U b'titlu li ma jgħidx
'Stajna Konna Aħna'

WRITERS

Shaun Farrugia, Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur

PUBLISHERS

Lyrics © Universal Music Publishing Group, O/B/O DistroKid

Share icon and text

Share


See A Problem With Something?

Lyrics

Other

LyricIQ Analysis

Top Emotion

Sadness

Sentiment
Thumbsup IconThumbsup Icon
Theme

Coarse Language