Tajtek mitt elf kartolina
Illum ktibtlek f'melodija
Forsi l-kliem bl-amment tkun taf
U tkantaha fil-kwiet u tifhem tkun fej' tkun
Dak li tfisser int għalija
Ma jibdlu l-ebda żmien jew futur
Ibqa' isma' l-kanzunetta tkun fej' tkun
Żomm f'moħħok l'int id-dija
Ir-raġġi li jsebbħu il-jum
Ibqa' ftakar għażiża inti l-mediċina għall-imrar
Ibqa' afda li dik it-tbissima r-riċetta ghall-irkuprar
Int għall-ġerħa, il-fejqan
Ir-rimedju għalija hija l-kumpanija, titlaqx, ersaq l'hawn
Ibqa' ftakar għażiża inti l-mediċina għall-imrar
Ibqa' afda li dik it-tbissima r-riċetta ghall-irkuprar