Bgħattlek messaġġ dal-Milied
Imbagħad irrispondi kif tkun fil-kwiet
M'għidt xejn li hu ġdid għalik
Xtaqt nagħmel kuntatt dal-Milied
U naf li kont u għadek fiż-żgur
Biss qalbi b'xewqa waħda qed tfur
Li ma nibqax ikanta din il-priedka tal-Milied
Ma rrispondejtnix dal-Milied
Diċembru b'wisq storbju nixtieq is-skiet
Għalxejn armajt u żejjint
It-tiżjin tiegħi kont int
Bla dwal u xinxilli l-Milied
Għax naf li kont u għadek fiż-żgur
Biss qalbi b'xewqa waħda qed tfur
Li ma nibqax ikanta din il-priedka tal-Milied
U naf li kont u għadek fiż-żgur
Biss qalbi b'xewqa waħda qed tfur
Li ma nibqax ikanta din il-priedka tal-Milied